Ikel
Iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam tal-kangaroos

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed. L-industrija kummerċjali tal-laħam tal-kangaroo bdiet 60 sena ilu u issa qed tesporta f’terz tad-dinja fosthom f’Malta.

Fl-Awstralja hu stmat li hemm kważi 50 miljun kangaroo fis-selvaġġ, d-doppju ta’ kemm hemm nies fil-pajjiż-kontinent.

Fl-aħħar għaxar snin il-popolazzjoni tal-kangaroo fl-Awstralja kważi rduppjat u għalhekk l-awtoritajiet Awstraljani jippromwovu l-laħam ta’ dan l-annimal tant li kull sena jesportaw mat-tliet elef tunnellata lejn aktar minn 60 pajjiż fosthom Malta.

Waqt li erba’ speċi biss tal-kangaroo jistgħu jintużaw kummerċjalment, il-laħam dgħif ta’ dan l-annimal li hu meqjus nutruttiv għas-saħħa, kif spjegalna l-kok Glenn Micallef.

Glenn Micallef qal “hawnhekk għandna l-fillet tal-kangaroo. U kif jitqabbel ma’ laħam ieħor aħmar? Ma tantx x’jaqsam għax dan ftit li xejn għandu xaħam madwar 2% biss”.

Bħal kull laħam aħmar ieħor l-esperti tas-saħħa jisħqu fuq il-moderazzjoni u jirrakkomandaw li persuna ma tiekolx aktar minn 455 gramma fil-ġimgħa.

Laħam ieħor preġjat u li bħal kangaroo jiswa aktar min laħam ieħor, hu magħruf bħala Wagyu li bil-Ġappuniż tfisser ‘baqra Ġappuniża’. Ir-raħħala tal-baqar suwed huma magħrufa li jżommhom b’għożża kbira f’żoni muntanjużi tant li meta tkun is-sħana jaghuhom xarba friska.

Glenn Micallef qal “il-Ġappun ituha tixrob il-birra fis-sajf u joqgħodu jimmassaġġaw il-baqar”.

Iż-żewġ tipi ta’ laħam se jkunu fost mitejn platt differenti li 80 kok Malti u barrani se jippreparaw waqt il-festival tal-ikel internazzjonali li se jibqa’ għaddej sal-Ħadd li ġej fil-Foss tal-Imdina.

Din is-sena l-organizzaturi ssieħbu mal-għaqda ALS Malta biex jorganizzaw ‘Malta’s most wanted cook off’ billi kull filgħaxija erba’ personalitajiet jikkompetu kontra xulxin, bil-pubbliku jkollu ċans jiġġudika min minnhom jinqala’ l-aktar fit-tisjir.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar