Lokali
Filmat: Ike u Kaya jirbħu l-MJESC 2021 – se jirrappreżentaw lil Malta f’Pariġi

My Home kantata minn Ike u Kaya se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li ser issir fid-19 ta’ Diċembru li ġej f’Pariġi. Il-kanzunetta rebbieħa ntgħażlet minn fost 12-il kantant u kantanta li s-Sibt filgħaxija ħadu sehem fil-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest li xxandret fuq TVM.

Fit-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta Running Free minn Myca, Kylie & Denzel Jo u fit-tielet post On My Way kantata minn Yulan Law.

Il-kantanti riedu jgħaddu mill-għarbiel tal-voti tal-ġurija kif ukoll mit-televoting; bil-piż tad-deċiżjoni kien maqsum min-nofs bejniethom. Il-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest ġie ppreżentat minn Elaine Saliba Bonnici u sar fis-sala Robert Sammut fil-Furjana.

MJESC2021:- My Home – Ike and Kaya