Barranin
Ikea tħallas €41 miljun wara li tifel miet meta waqgħet fuqu għamara

Il-kumpanija Żvediża tal-għamara Ikea qablet li tħallas €41 miljun lill-ġenituri ta’ tifel li miet meta għamara waqgħet fuqu.

Jozed Dudek, tifel ta’ sentejn miet f’Mejju 2017 meta waqa’ fuqu chest drawers.

L-għamara li kienet tiżen 32kg kienet ħarġet sejħa sabiex tinġabar lura s-sena ta’ qabel minħabba aspetti ta’ sigurtà. Dan wara li kienu mietu tliet itfal oħra.

Kelliema għall-kumpanija Ikea qalet li filwaqt li ebda kumpens ma jista’ jpatti għal telfien taċ-ċkejken, tinsab kuntenta li ntlaħaq tip ta’ ftehim. Kompliet tgħid li l-kumpanija hija kommessa li tkompli taħdem biex l-għamara tagħha tkun sigura.

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Uffiċjali tal-FBI kkonfermaw li rnexxielhom jintraċċaw u jwaqqfu pakkett indirizzat lil Trump li kien mimli bil-velenu ricin. Il-pakkett kellu jasal il-White House iżda l-FBI u uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti rnexxielhom jintebħu…

Aktar