Barranin
Ikeċċi lill-uffiċjal imlaħħaq responsabbli għas-sigurtà ċibernetika

Donald Trump keċċa lill-uffiċjal elettorali u l-kap tal-aġenzija li huwa responsabbli għas-sigurtà ċibernetika u sigurtà infrastrutturali minħabba dak li allega li kienu kummenti ineżatti dwar il-integrità fil-mod kif saret il-votazzjoni.

Trump baqa’ jirrifjuta li jċedi l-elezzjoni minħabba li qed jgħid li kien hemm tbagħabis u frodi fil-votazzjoni.

Uffiċjali elettorali qalu li l-votazzjoni kienet l-iżjed waħda sigura fl-istorja tal-Istati Uniti.

Chris Krebs qal li sar jaf bit-tkeċċija minn tweet u qal li huwa kburi li għamel li seta’ fiċ-ċirkostanzi.

Trump diġà keċċa lis-segretarju tad-difiża Amerikan Mark Esper minħabba li qal li jiddubita mill-lealtà tiegħu.