Ikel
Ikel imgewżwer fil-plastik jista’ jkun tossiku

L-ikel li jinbiegħ f’kontenituri tal-ġablow u mgeżwra fil-plastik jista’ jikkawża dannu f’saħħet it-tfal u jaffettwahom fl-iżvilupp tagħhom.

Din it-twissija ġejja mill-Akkademja Amerikana tal-Pedjatri li qed jgħidu li frott li jinxtara b’dan il-mod jista’ jkollhom tip ta’ kimika tossika li maż-żmien titħallat mal-ikel u saħansitra anke tbiddillu l-palat tiegħu.

F’dawn il-prodotti jkun hemm 1,000 sustanza li għandhom x’jaqsmu mal-kimika, b’mod partikolari tnejn li jpoġġu f’riskju saħħet il-bniedem, l-iktar tat-tfal u tan-nisa tqal.

Minflok dan it-tip ta’ ikel imgeżwer fil-plastik, huwa rrakkomandat li l-ikel jinżamm fil-friġġ jew jinbiegħ mis-supermarkets ikun f’kontenituri tal-ħġieġ u reċipjenti tal-metall.

Anke fil-każ tal-ilma, l-aħjar li jkun fi fliexken tal-ħġieġ, iktar u iktar jekk ikunu esposti għax-xemx minħabba li l-plastik jista’ jbiddel il-karatteristiċi tal-ilma u jitrażmetti kimika tossika fih kif jiġri fl-ikel.

Aħbarijiet Oħra
Awstralja

Għaxar ministri Awstraljani offrew ir-riżenja tagħhom wara li l-Prim Ministru Malcolm Turbull rebaħ b’marġini żgħira vot ta’ fiduċja wara sfida għat-tmexxija mill-Ministru tal-Intern u membru tal-partit tiegħu stess Peter Dutton….

Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Aktar