COVID-19
Ikkonfermati 10 każijiet oħra ta’ Coronavirus f’Malta

L-aħħar każijiet ta’ Coronavirus irrapportati mill-awtoritajiet tas-saħħa huma ta’ 10 persuni u b’hekk telgħu għal 48 il-każi ta’ Covid-19 f’Malta. S’issa tnejn minnhom huma klinikament imfejqa.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li fost il-każi ġodda hemm żewġ anzjani ta’ 70 u 73 sena, li minkejja l-età tagħhom jinsabu fi stat tajjeb ħafna ta’ saħħa. Qalet li t-tobba qed isegwuhom mil-qrib minħabba l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jfeġġu minħabba l-età.

Dwar l-anzjan ta’ 70 sena, il-Prof. Gauci qalet li ma kienx imsiefer u mhux magħruf kif ħa l-infezzjoni.

Il-Professur Gauci, qalet li fost il-każi ġodda hemm anzjan ta’ 73 sena u raġel ta’ 57 sena li setgħu ttieħdu mill-istess ħaddiem tas-saħħa li fl-aħħar jiem irriżulta pożittiv għall-virus, bħalma seħħ fil-każ tal-Ingliża li kienet għall-kura minħabba ksur u wara ħarġulha s-sintomi tal-virus.

“Immedjatament dawn it-tnejn trasferixxejniehom lejn l-IFU. Il-pazjenti l-oħrajn li kienu fl-istess kamra ma’ dawn il-pazjenti għamilnielhom it-test swab ukoll u ħarġu negattivi, għalaqna s-sala mill-ewwel u għamilna l-kwarantina tal-istaff li kienu in contact ma’ dawn il-pazjenti.”

Dwar il-każi ġodda, il-Prof. Gauci qalet li hemm żewġ aħwa ta’ 26 u 27 sena, li kienu msefrin u waslu lura minn Berlin fil-11 ta’ Marzu u baqgħu taħt kwarantina. Peress li n-nisa ħassew l-ewwel sintomi fid-9 ta’ Marzu, l-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin bl-istħarriġ tal-persuni li kienu fuq it-titjira lejn Malta.

Koppja Taljana, li jgħixu Malta rriżultaw fil-pożittiv. Il-mara kienet f’kuntatt ma’ persuna fuq il-post tax-xogħol li kien espost għal virus, u jumejn wara ħarġu l-ewwel sintomi bil-virus fuq żewġha.

Każ ieħor huwa ta’ Maltija ta’ 48 sena li kienet Londra bejn l-1 u s-7 ta’ Marzu u ħarġulha l-ewwel sintomi lbieraħ. Mal-wasla tagħha f’Malta baqgħet fi kwarantina.

Malti ieħor ta’ 37 sena rriżulta fil-pożittiv wara li fuq il-post tax-xogħol kellu kuntatt ma’ kollega li kien l-Ingilterra. U l-għaxar każ huwa ta’ Maltija ta’ 26 sena li tagħmel parti minn grupp ta’ tliet persuni li fl-aħħar jiem irriżultaw fil-pożittiv.

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 18. März 2020

Is-Supretendent qalet li f’dawn il-kazi hemm taħlita fis-sorsi ta’ trażmissjoni. Qalet li l-maġġoranza tal-każi huma ta’ pazjenti li kienu msefrin waqt li spjegat li l-investigazzjoni f’kull kaz li qed isiru qed inaqsu kemm l-imxija tinfirex.

“Permezz ta’ early case identification u anke ta’ contact tracing huwa mezz ta’ kif aħna nillimitaw kemm jista’ jkun l-impatt li jista’ jkollha l-firxa ta’ din il-marda.”

Il-Prof. Gauci qalet li l-pazjenti li jinsabu f’riskju ta’ kumplikazzjonijiet ser jinżammu f’Mater Dei, oħrajn ser jinżammu f’faċilità tas-saħħa, waqt li oħrajn m’għandhomx riskji ser jinżammu d-dar.

“Għandna ħidma mal-kura primarja fejn ser ikun hemm faċilitajiet ta’ tabib li ser ikun jista’ jikkomunika mal-pazjenti li jkunu qed iżommuhom id-dar permezz ta’ video conferencing jew permezz tat-telephone biex insewgu l-clinical condition tal-persuna.”

Il-Prof Gaci qalet li saru kważi 1,800 swab test.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ajruplan li kien fi triqtu lejn il-Ġappun bi provvisti mediċi ġġarraf fl-ajruport ta’ Manila, fil-Filippini fejn mietu 8 persuni li kienu abbord. Il-gvern Filippin kien se jibgħat għadd ta’ provvisti…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

COVID-19

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma meqjusa bħala vulnerabbli minħabba kundizzjoni medika jistgħu jibqgħu jaħdmu b’għażla tagħhom. Dan qalitu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, meta mistoqsija minn Television Malta dwar l-avviż…

Aktar