COVID-19
Ikkonfermat 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 – jitilgħu għal 350

Telgħu għal 350 l-każi ta’ COVID-19 f’Malta wara li fl-aġġornament li ngħata f’nofsinhar l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li minn 900 test li saru l-bieraħ, 13 irriżultaw pożittiv.

Fil-lista tal-aħħar każi pożittivi hemm żewġ anzjani ta’ 88 sena, waħda minnhom tgħix f’San Vincenz de Paul. L-iżgħar persuna hu tifel Sirjan ta’ tmien snin.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-każi li tħabbru llum hemm ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u carers li nstabu pożittivi, b’uħud mingħajr ma kellhom is-sintomi tal-virus.

Il-Coronavirus qed jinfirex fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet tant li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaraw x’mizuri oħra ta’ prevenzjoni jistgħu jittieħdu.

Dan wara li fost oħrajn ġie konfermat każ ta’ anzjana 88 sena fis-sala San Franġisk f’San Vincenz de Paul. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-anzjana, li tbati minn kundizzjonijiet mediċi oħra, tinsab iżolata u qed tiġi segwita.

Anzjana oħra, li ħarġet pożittiva għandha 83 sena u kienet fis-sala tan-nisa tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Hija għandha kundizzjonijiet mediċi oħrajn, però fi kliem il-Profesur Gauci, tinsab f’qagħda klinika tajba.

Fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex feġġew żewġ każi oħra ta’ mara ta’ 57 u raġel ta’ 60 sena li rriżultaw pożittivi mingħajr ma kellhom sintomi tal-virus. Dawn qed jingħataw il-kura f’Għawdex stess.

Żewġ carers fir-residenza Zammit Clapp – raġel ta’ 53 u mara ta’ 51 sena nstab li għandhom il-coronavirus minkejja li huma wkoll ma kellhom l-ebda sintomi tiegħu.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li nbdiet ħidma biex jissaħħu l-miżuri fid-djar tal-anzjani kollha.

“Bħalma nafu għandna l-maġġor parti ta’ djar tal-anzjani li kellhom lockdown, li bdiet minn kmieni ħafna fejn ma kienx hemm daqshekk trażmissjoni ta’ dan il-virus, però mbagħad xħin jibda jinbidel l-istaff bħalma sibna anke f’dawk il-każijiet li rrappurtajt illum rajna wkoll li hemm każijiet fejn inti għandek staff li qed jiġi pożittiv. Il-vantaġġ hu li qed naqbduhom kmieni,” qalet il-Professur Gauci.

Fost l-aħħar 13-il persuna bil-coronavirus hemm anzjana ta’ 88 sena, li ddaħlet l-isptar Mater Dei bi qtugħ ta’ nifs. Hi qed tbati wkoll minn pulmonite u qed tinżamm fit-Taqsima tal-Mard Infettiv.

Irriżulta pożittiv ukoll ħaddiem fil-qasam tas-saħħa ta’ 26 sena fl-Isptar Karin Grech. Il-Professur Gauci qalet li mill-investigazzjoni ma jidhirx li kien hemm kuntatt bejnu u l-anzjan ta’ 79 sena li miet hemmhekk. Ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa ta’ 29 sena wkoll instab li għandha l-virus. Hija kienet fi kwarantina minħabba kuntatt li kellha ma’ pazjent li għandu l-virus.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, ikkonfermat li hemm numru ta’ ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa u carers li ġew infettati bil-virus. Semmiet li fost it-38 każ mħabbbra lbieraħ hemm erba’ carers f’dar tal-anzjani.

Mistoqsija dwar l-immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, il-Professur Gauci qalet li qed isiru numru ta’ testijiet fuq l-immigranti, inkluż fuq dawk li m’għandhomx sintomi.

“Sa issa ma sibna l-ebda każ addizjonali minn dawk li diġà nnotifikajnielkom u sa issa semmejt ukoll iċ-ċentru tal-Marsa tar-reception centre fejn hemmhekk aħna ma kellna l-ebda każ ta’ immigrant li ħareġ pożittiv,” qalet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Mistqosija jekk wasalx iż-żmien li jsiru testijiet għall-COVID-19 fuq kampjuni tal-komunità – il-Professur Gauci spjegat li b’dan il-metodu mhux bilfors jinqabdu l-persuni li għandhom il-virus.

“Importanti niftakru li dan it-test jaqbad dawk in-nies li għandhom viral load fil-griżmejn li huwa biżejjed biex jinqabad mil-laboratorju tagħna. Jiġifieri init jekk ħa taqbad random sampling tal-popolazzjoni tkun tista’ taqbad dawk li dak il-ħin għandhom biżejjed viruses li jistgħu jiġu ppikjati. Li ħa nagħmlu hu studju biex naraw x’inhuma l-antibodies fil-komunità,” qalet il-Professur Gauci.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-miżuri li ttieħdu sa issa qed iżommu s-sitwazzjoni taħt kontroll. Żiedet li jittieħdux iżjed miżuri jew le jiddependi minn kemm il-poplu jsegwi d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Tista’ ssegwi l-konferenza hawn:

Gepostet von Television Malta am Freitag, 10. April 2020

Ara wkoll:

Anzjana f’San Vinċenz tittestja pożittiva għall-Covid-19

S’issa s-sitwazzjoni f’Malta għadha taħt kontroll – kollox jiddependi mill-poplu

Ebda każijiet ġodda ta’ Covid-19 fiċ-ċentri tal-immigranti

Studju fuq l-immunità tal-poplu se jagħti stampa iktar ċara ta’ kemm mardu nies

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li l-Gvern Spanjol beda jerħi wħud mill-aktar restrizzjonijiet ebsin kontra l-virus, l-isptar del Mar f’Barċellona ħa inizjattiva li jieħu lill-pazjenti bil-coronavirus ħdejn il-baħar. Tim mediku mill-isptar Hospital del Mar,…

Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Aktar