Barranin
Ikkonfermat l-ewwel każ ta’ Ebola fil-belt ta’ Goma

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo kkonfermat l-ewwel każ ta’ Ebola fil-belt ta’ Goma fil-Lvant tal-pajjiż, fejn jgħixu aktar minn miljun ruħ. Il-Minsitru tas-Saħħa kkonferma li l-pastor irriżulta pożittiv għall-virus f’ċentru f’Goma wara li wasal hemm b’tal-linja l-Ħadd. Il-pastor ivjaġġa 200 kilometru b’tal-linja minn Butembo fejn kien ma’ persuni infettati bl-Ebola.

Il-Ministeru qal li r-riskju li l-virus jinfirex huwa baxx. Dan għaliex il-pazjent ġie identifikat u iżolat fi stadju bikri, flimkien mal-identifikazzjoni tat-18-il passiġġier li kienu abbord tal-linja li se jiġu mlaqqma. Aktar minn 1,600 persuna mietu bil-virus tal-Ebola wara epidemija li bdiet sena ilu fil-Lvant tar-Republika Demokratika tal-Kongo sena ilu.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu fis-Senat wara li qal tiegħu dwar il-kriżi li jinsab fiha l-Gvern Taljan F’diskors li dam madwar siegħa, Conte kkritika bl-aħrax lill-Ministru tal-Intern…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar