
Ġew ikkonfermati 11-il każ ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa t-total ta’ każijiet f’Malta tela’ għal 213.
Waqt konferenza stampa, is-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li lbieraħ saru 659 swabs, li minnhom irriżultaw pożittivi dawn il-każijiet il-ġodda li huma kollha trażmissjonijiet lokali. B’kollox s’issa saru 9,702 testijiet.
Il-11 il-każ ikkonfermati llum huma mara Maltija ta’ 74 sena li daħlet l-isptar fuq kundizzjoni mhux relatata mal-Covid-19.Hija sarilha test u ħarġet pożittiva għall-virus. Dwar dan il-każ qed isir contact tracing.
Raġel Malti ta’ 50 sena, ukoll beda bis-sogħla u żewġ membri mill-familja tiegħu jinsabu bis-sintomi wkoll.
Fost dawn hemm ukoll raġel ta’ 46 sena pożittiv għall-virus u qed isir contact tracing tal-familja tiegħu.
Mal-infettati hemm ukoll tifla ta’ sentejn li ma kinitx imsiefra imma bdiet bis-sintomi fit-3 t’April. Qed isir contact tracing tal-membri tal-familja tagħha.
Hemm ukoll raġel barrani ta’ 26 sena minn miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Il-Professur Gauci qalet li huwa ma kellu l-ebda relazzjoni diretta mar-raġel mill-istess ċentru li ġie kkonfermat ilbieraħ. Ir-raġel ġie iżolat u min kien jgħix fl-istess post miegħu, 5 min-nies, ġew impoġġija taħt kwarantina.
Barranija ta’ 28 sena li tgħix f’Malta u li ma kinetx qed taħdem ukoll ħarġet pożittiva għall-virus. Dwar dan il-każ qed isir contact tracing.
Fost dawn il-każijiet hemm ukoll raġel barrani ta’ 24 sena li jgħix f’Malta fejn qed isir contact tracing. 6 min-nies li għandhom kuntatt dirett ma’ dan il-pazjent jinsabu fi kwarantina. Qed isir ukoll risk assessment fuq il-post tax-xogħol ta’ dan il-persuna.
Ma’ dawn hemm ukoll healthcare worker ta’ 31 sena. Qed isir contact tracing dwar dan il-każ ta’ min jgħix miegħu u l- pazjenti li seta’ ra.
Raġel li jgħix ma’ 3 barranin oħra wkoll ħariġlu l-virus. Dawn it-3 barranin jinsabu fi kwarantina u qed isir risk assessment fuq il-post tax-xogħol tal-persuni.
Malti ta’ 66 sena ddaħħal l-isptar fuq kundizzjoni mhux relatata mal-virus biex jagħmel operazzjoni. Huwa ħareġ pożittiv għall-virus malli ġie ttestjat. Dwar dan il-każ ukoll qed isir contact tracing.
Maltija ta’ 40 sena ma kinetx qed tattendi xogħol iżda ħarġilha l-virus. Qed isir contact tracing tal-familja tagħha. 2 minnhom s’issa ħarġu negattivi għall-virus.
Segwi l-konferenza hawn:
https://www.facebook.com/TelevisionMalta/videos/884423502005538/
Ara wkoll:
It-testijiet f’Malta għan-nies li fiequ mill-Covid-19 qed isiru skont il-protokoll