COVID-19
Ikkonfermati 17-il persuna oħra bil-Covid-19 f’Malta

Bejn ilbieraħ u llum kienu kkonfermati 17-il persuna oħra f’Malta li huma infettati bil-Covid-19.

Dan ħabbritu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, waqt konferenza stampa llum.

Dan ifisser li issa n-numru totali ta’ persuni f’Malta li ttestjaw pożittivi għall-Covid-19 laħqu 107, li tnejn minnhom huma mfejqa.

Qalet li lbieraħ saru 304 testijiet, u 10 minn dawk li rriżultaw pożittivi kienu relatati ma’ safar, mentri 7 oħra ħarġu pożittivi minn trażmissjoni lokali.

Il-Professur Gauci qalet li dan in-numru mistenni li jibqa tiela’. Hija qalet li l-għan huwa li jiġi kkontrollat bis-saħħa tal-miżuri maħruġa mill-Gvern u bl-għajnuna tal-pubbliku.

10 każijiet huma relatati ma’ safar

Spjegat li minn dawn is-17, 10 minnhom huma relatati ma’ safar, bil-Professur Gauci tgħid li dawn se jibdew jonqsu għaliex is-safar twaqqaf.

Fost dawn l-10 persuni bil-Coronavirus hemm mara Maltija ta’ 61 sena li ma sifritx, iżda kellha kuntatt ma’ grupp relatat ma’ safar.

Hemm ukoll Malti ta’ 19-il sena li siefer lejn l-Italja ta’ fuq. Huwa kien fi kwarantina u ħarġulu s-sintomi fid-19 ta’ Marzu.

Mara Maltija ta’ 56 sena wkoll tinsab marida bil-Covid-19 wara li kienet imsiefra u ħarġulha s-sintomi. Hija ma kellhiex kuntatt għajr mal-familja.

Ingliż ta’ 56 sena kif ġie lura minn barra beda bis-sintomi. Il-Professur Gauci qalet li qed isir contact tracing mal-passiġġieri l-oħrajn li kienu miegħu fuq l-ajruplan. Huwa kellu biss kuntatt ma’ persuna tal-familja.

Koppja Taljana ta’ 32 u 30 sena li jgħixu Malta marru Madrid sal-10 ta’ Marzu ,u xħin waslu lura Malta ħargulhom is-sintomi.

Fost dawn l-10 hemm ukoll Malti ta’ 28 sena li jgħix l-Ingilterra u li ġie lejn Malta kif kienu se jitwaqqfu t-titjiriet. Huwa kien fi kwarantina u l-ebda persuna oħra ma ġiet esposta għall-virus. Qed isir ukoll contact tracing tal-passiġġieri kollha li kienu fuq l-istess titjira għaliex huwa diġà kien bis-sintomi fuq l-ajruplan.

Irlandiża ta’ 60 sena residenti hawn Malta kienet imsiefra f’diversi postijiet. Hija ġiet lura Malta fl-14 ta’ Marzu mbagħad ħarġulha s-sintomi. Hija kienet fi kwarantina mandatorja.

Fost dawn in-nies hemm Malti ta’ 56 sena li  ma sifirix imma kien f’kuntatt ma’ persuna oħra fuq ix-xogħol li kien imsiefer.

Malti ieħor ta’ 40 sena beda bis-sintomi tal-virus fis-16 ta’ Marzu. Huwa kellu kuntatt ma’ 2 każijiet pożittivi fil-familja tiegħu.

7 każi ta’ tixrid lokali

Mal-każijiet relatati ma’ trasmissjoni lokali, li jgħoddu sebgħa, hemm Maltija ta’ 32 sena li hija healthcare worker.

Hemm ukoll raġel Malti ta’ 34 sena li beda bis-sintomi fis-16 ta Marzu. Qed isir contact tracing fuq il-post tax-xogħol fejn jaħdem u ma’ tal-familja tiegħu.

Ukrena  li tgħix Malta ta’ 38 sena li bdiet bis-sintomi fit-22 ta’ Marzu. Hija kienet f’kuntatt ma’ barranin fuq il-post tax-xogħol.

Mara Maltija ta’ 52 sena wkoll tinsab infettata bil-coronavirus. Hija ma kellhiex kuntatti ma’ nies sintomatiċi, u ta’ dan il-każ qed isir contact tracing.

Hemm ukoll 3 każi relatati ma’ xulxin ta’ tfajla ta’ 14-il sena, mara ta’ 49 sena u raġel ta’ 21 sena, li huma relatati ma’ każ ieħor li diġà rriżulta pożittiv.

Segwi hawn il-konferenza sħiħa:

Gepostet von Television Malta am Montag, 23. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Aktar