COVID-19
Ikkonfermati 8 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta

Illum kienu kkonfermati 8 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa t-total ta’ persuni infettati tela’ għal 378, li minnhom 44 huma mfejqa.

Waqt il-konferenza stampa tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li lbieraħ saru 1,041 swabs, u b’kollox saru 17,057 swabs.

Fil-bulettin mediku ta’ Ħadd il-Għid, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, spjegat li każ minnhom huwa relatat mas-safar ta’ Malti ta’ 61 sena li rritorna mir-Renju Unit b’titjira ta’ ripatrijazzjoni l-Ħamis li għadda. Intqal illi martu wkoll ġiet ittestjata għall-Covid-19 iżda rriżultat fin-negattiv. Qalet ukoll li għaddejjin bil-contact tracing tal-persuni li kienu fuq l-istess titjira.

Każ ieħor huwa ta’ Maltija ta’ 58 sena. Il-Professur Gauci spjegat li l-mara kienet taħdem ma’ familja u l-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin b’eżerċizzju mal-familja li taħdem magħha u qrabatha. Instabu pożittivi wkoll Malti ta’ 37 sena u Maltija ta’ 50 sena li t-tnejn ma kinux jaħdmu. Il-Professur Gauci spjegat li r-raġel beda bis-sogħla filwaqt li l-mara bdiet tuġagħha rasha u kellha d-dijarea.

Malti ta’ 73 sena wkoll irriżulta pożittiv għall-Coronavirus, bil-Professur Gauci tgħid li r-raġel ma kellux kuntatti man-nies. Il-każi l-ġodda jinvolvu wkoll Għawdxi ta’ 74 sena. Il-Professur Gauci qalet li martu ġiet ittestjata u għalkemm kellha sintomi ħfief, it-test ħareġ negattiv.

L-aħħar każijiet jinkludu żewġ immigranti oħra fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Il-Professur Gauci spjegat li r-residenti, li għandhom 21 u 25 sena, ma kellhomx sintomi u ġew identifikati b’testijiet għal għarrieda li saru fiċ-ċentru.

“Aħna li qegħdin nagħmlu hu li nidentifikaw dawk in-nies li huma pożittivi u niżolaw lil dawn il-persuni. B’hekk inti tkun qiegħed tnaqqas il-firxa tal-virus proprju f’din is-sitwazzjoni. Vera li dawn huma żgħar fl-età, allura għandhom inqas ċans ta’ kumplikazzjonijiet, però aħna flimkien mar-Red Cross qegħdin inkomplu nsegwu l-qagħda ta’ saħħithom,” spjegat il-Professur Gauci.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tenniet li huwa mportanti li n-nies ma toħroġx u ma tistedinx nies fid-dar għaliex xi ħadd jista’ jkollu l-virus u jgħaddih lill-oħrajn. Il-Professur Gauci rringrazzjak li kull min qed jaħdem biex jikkontrolla l-imxija tal-Covid-19 u qalet li għalihom illum, l-Għid il-Kbir, hija ġurnata ta’ ħidma bħal l-oħrajn. Appellat lill-pubbliku biex jgħinhom billi jsegwi d-direttivi, ħalli huma jkunu jistgħu jgħinu lilhom.

Tista’ ssegwi l-konferenza hawn:

Gepostet von Television Malta am Sonntag, 12. April 2020

Ara wkoll:

X’għandhom jagħmlu persuni vulnerabbli li ma rċevewx ittra?

Prof Gauci tiċċara meta jistgħu jidħlu l-viżitaturi fl-isptar

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Aktar