Mużika
Ikkonfermati d-DJs għal Summer Daze Malta…fosthom Christian Vieri

Konfermati l-ismijiet ta’ artisti u DJs ta’ fama għat-tieni edizzjoni ta’ Summer Daze Malta . . . avveniment mużikali għaż-żgħażagħ bil-qofol jintlaħaq f’Ta’ Qali lejlet u nhar il-festa ta’ Santa Marija.

David Guetta, Tyga, James Arthur, Danny Howard, Alle Farben, Tenishia u għadd ta’ DJs prominenti se jkunu l-protagonisti tat-tieni edizzjoni ta’ Summer Daze Malta, il-festival organizzat mill-Ministeru tat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-Creamfields u l-BBC Radio 1 Dance. Is-sena l-oħra mal-għoxrin elf persuna attendew għall-ewwel edizzjoni ta’ Summer Daze li attira artisti popolari fosthom Rita Ora u Martin Garrix.

Il-festival se jsir bejn il-ħdax u s-sbatax ta’ Awwissu f’diversi postijiet madwar il-gżejjer Maltin u jilħaq il-qofol bl-avvenimenti ewlenin fil-park nazzjonali f’Ta’ Qali, fl-erbatax u l-ħmistax ta’ Awwissu, lejlet u nhar il-Festa ta’ Santa Marija.

F’dawn il-jumejn, l-attivitjiet li huma mingħajr ħlas, jinkludu wirjiet minn leġġendi tal-mużika kontemporanja bħal Monki ta’ BBC Radio 1 u David Guetta.

Il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal li Summer Daze mistenni jkun wieħed mill-iżjed avvenimenti mfittxija miż-żgħażagħ Maltin u barranin fis-sajf li ġej.

“Qed nifirxu u qed nidħlu f’niċeċ differenti, is-summer days is-sena l-oħra kien suċċess u 64% ta’ dawk li attendew kienu barranin, din is-sena il-festival se jkun għall-ġimgħa sħiħa u se jiġi riklamat barra minn Malta.”

Lionel Gerada, uffiċċjal responsabbli mill-attivitajiet fl-Awtorità tat-Turiżmu, qal li l-avvenimenti se jissuktaw fis-sittax ta’ Awwissu f’għadd ta’ stabbilimenti tad-divertiment b’iżjed attivitajiet bis-sehem tad-DJ u l-ex striker internazzjonali Taljan Christian “Bobo” Vieri u d-DJ popolari tal-mużika house, Roger Sanchez.

“Avvenimenti ta’ livell għall-poplu kollu kemm għat-turisti li jridu jsiefru u jiġu Malta u b’hekk nkunu kompettitivi fl-Ewropa kollha.”

Iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu Gavin Gulia qal li l-festival se jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta, partikolarment b’avvenimenti li jappellaw liż-żgħażagħ.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar