Sigurtà
Ikkonfiskat kontejner kollu żraben tal-futbol foloz

Id-Dwana interċettat kontejner ieħor fil-Freeport b’eluf ta’ żraben tal-futbol foloz.

Wara qabda mid-Dwana ta’ erba’ containers fil-Freeport b’eluf ta’ ħwejjeġ u blalen tal-futbol foloz ftit tal-jiem ilu, id-Dipartiment interċetta kontejner ieħor fil-Freeport li kien qed iġorr eluf ta’ żraben tal-futbol foloz.

Fil-fatt minn dan il-kontejner ġew elevati 5,370 par żarbun tal-futbol falz ta’ ditti rinomati, moħbija wara konsenja ta’ 1,120 tazza tal-plastik.

L-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha kontrafatti wara li rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanijiright holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati (trademarks), ikkonfermaw l-illegalità ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni d-dritt tal-propjetà intellettwali.

Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Infetħet l-ewwel parti tal-pont fi Triq il-Wied tal-Imsida, li s’issa huwa l-iktar pont wiesgħa f’Malta. Dan ħabbru l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fuq il-midja soċjali. Intqal li Itanfrastructure Malta fetħet l-ewwel…

Lokali

Fi tmiem laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal lill-ġurnalisti barra id-Dar Ċentrali li l-laqgħa tal-grupp parlamentari kienet waħda kostruttiva u li fiha…

Aktar