Qorti
Ikkumpensat wara li ttajjar meta kien qed isuq mutur bla liċenzja

Raġel li kien qed isuq mutur bla liċenzja meta ntlaqat minn karozza, xorta waħda kien ikkumpensat għad-diżabbiltà li sofra kawża tal-inċident.

Massimo Bonello ta’ 45 sena fetaħ kawża quddiem il-Qorti Ċivili b’rabta ma’ inċident li seħħ f’Ġunju 2013 f’Ħal Tarxien. Bonello kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki ZX10 meta ntlaqat minn karozza Volkswagen Passat misjuqa minn Glenn Spiteri ta’ 30 sena.

Bonello sostna li Spiteri kien baqa’ ħiereġ minn fuq Stop Sign u laqtu, filwaqt li Spiteri saħaq li ma kienx mess il-mutur, u li Spiteri kien skiddja waħdu meta nħasad.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, ikkunsidrat li l-provi iktar kienu jsostnu l-verżjoni ta’ Bonello. Il-Qorti qalet li l-ġrieħi li sofra Bonello kienu jindikaw il-gravità tal-inċident, fejn dan kien baqa’ b’diżabbiltà ta’ 20% f’irkopptu, u kellu jqatta’ sentejn u nofs f’siġġu tar-roti.

Minkejja li meta seħħ l-inċident Bonello kien qed jirreġistra għax-xogħol, il-Qorti qieset li dan kien xorta waħda laħaq ħadem għal diversi snin. Għalhekk, abbażi tal-paga minima, il-Qorti ordnat lil Spiteri jikkumpensah €32,537.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar