Barranin
Ikkundannat għomru l-ħabs wara li abbuża 11-il mara u tfal fir-Renju Unit

Raġel fir-Renju Unit li f’temp ta’ ġimagħtejn attakka sesswalment ħdax-il persuna, fosthom anzjana u numru ta’ tfal, kien ikkundannat għomru l-ħabs għal 33 darba.

Joseph Mc Cann ta’ 35 sena kien magħruf sew mal-Pulizija, tant li fl-1998 kien fost l-ewwel tfal li rċevew kundanna mill-Qorti, wara li maż-żewġ ħutu nstab ħati għal sensiela ta’ serqiet fil-komunità f’Manchester li kien jgħix fiha.

Huwa ssokkta b’ħajja kriminali u kien qed iservi sentenza ta’ ħabs fuq serq, iżda fi Frar li għadda nħeles kmieni wara li sar żball amministrattiv mill-uffiċċju tal-probation.

Hekk kif inħeles beda b’sensiela ta’ stupri u attakki, fil-maġġoranza tagħhom fuq nisa jew tfal li ħataf mit-triq. Iktar minn darba ħataf żewġ vittmi minn postijiet separati u żammhom flimkien fil-karozza, fejn kien jistuprahom.

Fost il-vittmi kien hemm anzjana ta’ 71 sena, tifel ta’ 11-il sena u oħtu ta’ 17, b’din tal-aħħar jirnexxielha taħrab għarwiena minn tieqa u ssejjaħ għall-għajnuna.

L-Imħallef li ssentenzja lil Mc Cann qal li ma kienx hemm dubju li dan kien theddida għat-tfal u pedofelu, waqt li talab investigazzjoni dwar kif l-istituzzjonijiet kienu naqsu milli jipproteġu lill-vittmi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mijiet ta’ persuni fiċ-Ċina jinsabu ma jifilħux wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ coronavirus. L-esperti qalu li mal-1,700 persuna ġew infettati bil-mikrobu u tnejn minnhom tilfu ħajjithom kawża…

Barranin

Il-Gżejjer Baleariċi ta’ Spanja għaddew liġi li tipprojbixxi l-‘pub crawls’ u l-‘happy hours’ fi tliet destinazzjonijiet popolari, bil-għan li jnaqqsu l-ammont ta’ turisti xurbana. Il-postijiet milquta huma Sant Antoni f’Ibiża,…

Barranin

Raġel fir-Renju Unit weħel 10 snin ħabs wara li nstab ħati li wettaq serqa armata minn ħanut tal-ġojjelli f’Londra. Il-filmat tas-serqa ttella’ fuq il-midja soċjali mill-Pulizija Metropolitana tal-pajjiż, u juri…

Aktar