Barranin
Ikompli bil-kampanja tiegħu 11-il jum wara li ġie infettat bil-Covid-19

3 ġimgħat ‘il bogħod mill-elezzjoni Presidenzjali. il-President tal-Istat Uniti Donald Trump kompla bil-kampanja tiegħu 11 il-jum wara li ġie infettat bil-coronavirus,

Ilbieraħ Trump indirizza folla ta’ partitarji fl-istat li huwa jqis bħala daru Florida. Trump ta’ 74 sena tkellem dwar l-irkupru tiegħu mill-virus li ħakem id-dinja, qal li jħossu b’saħħtu ħafna u li t-tobba issa qed jgħidulu li għandu immunita mill-virus iżda mhux ċert kemm se ttawwal.

Ir-rally tellgħet sigħat wara li l-WHite House ikkonfermat li Trump irriżulta negattiv għall-virus fit-tieni jum infila wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar Trump flimkien ma’ diversi kollegi tiegħu sfaw milquta mill-virus.