Televiżjoni u Radju
Ikompli l-vjaġġ mill-Iraq – illum f’ ‘Buckle Up’

Fl-ewwel episodju, ‘Buckle Up’ żar l-Iraq – pajjiż magħruf għad-diversi gwerer li għadda minnhom matul is-snin. ‘Buckle Up’ żar ir-reġjun tal-Kurdistan li huwa awtonomu u li għandu liġijiet differenti minn dawk tal-Iraq. Il-ġimgħa l-oħra, ixxandret ukoll l-istorja tal-kapitali ta’ dan ir-reġjun, Erbil, fosthom iċ-ċittadella li hija ċ-ċentru storiku ta’ din il-belt.

U llum, fit-tieni programm, ‘Buckle Up’ se jżur in-natura li tikkaratterizza lil dan ir-reġjun li huwa pjuttost differenti minn dak li ħafna jaħsbu. Imbagħad, ‘Buckle Up’ jissokta mill-belt ta’ Suleymaniye li hija t-tieni l-akbar belt f’dan ir-reġjun.

Illum ukoll, ‘Buckle Up’ se jlaqqa’ lill-pubbliku ma’ Miguel Refalo, li flimkien ma’ martu żar l-Amerika ta’ Isfel.

‘Buckle Up’ jixxandar illum fil-5.30pm fuq TVM.