Barranin
Ikomplu jitħaffru aktar oqbra fl-Amerka Latina

Filwaqt li ħafna pajjiżi madwar id-dinja qed ikomplu jnaqqsu r-restrizzjonijiet imposti fuq iċ-ċittadini bil-ħsieb li l-ħajja titreġġa’ lura għan-normal baqgħu b’saħħithom it-twissijiet tal-awtoritajiet biex tinżamm id-distanza soċjali ħalli titrażżan l-imxija tal-coronavirus.

In-numru ta’ infezzjonijiet fid-dinja issa qabeż sew il-ħames miljuni u mitt elf li aktar minn 338,000 tilfu ħajjithom kawża tal-coronavirus.

Fir-Renju Unit fl-aħħar sigħat, il-cononavirus wassal għall-mewt ta’ 338 persuna oħra bin-numru tal-imwiet issa jaqbeż is-36,000 fl-infezzjonijiet ilaħħqu kważi 250,000.

Jekk ma tittihidx azzjoni qawwija jidher li l-Amerika Latina ser ikollha l-akbar infezzjonijiet ta’ coronavirus fid-dinja u possibilment anke l-ikbar numru ta’ mwiet, tant li komplew jitħaffru iżjed oqbra. Fl-ahhar ġimgħa wieħed minn kull tliet infezzjonijiet fid-dinja kienu rrapurtati fil-pajjiżi tal-Amerika Latina.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Aktar