Barranin
Ikomplu jiżdiedu l-każi ta’ coronavirus fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja waqt li fi New Zealand il-każi attivi niżlu għal 23

Fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja ġiet irrappurtata l-ogħla rata ta’ mwiet fejn f’ġurnata waħda mietu 17-il persuna bil-coronavirus. Matul il-ġurnata tal-Ħadd f’Victoria l-ammont ta’ każi żdiedu b’394 u fl-aħħar ġimgħa kienu rappurtati bejn 400 u 500 każ kuljum. Bl-imwiet tal-Ħadd, l-ammont ta’ nies mejta f’Victoria issa huwa ta’ 210.

Il-Premier ta’ Victoria, Daniel Andrews qal ”You can’t unsee what you’ve seen. There is a degree of trauma, a degree of previously unknown levels of really, really challenging circumstances. It’s an incredibly difficult in many of these settings. That’s not to say it’s easy across-the-board. Our health heroes are doing an amazing job and it’s appropriate that we stand with them. Not just with PPE and all of the other supports that we provide, but also providing them, if they need it, with the counselling and support services that they need.”

Il-Pulizija f’Victoria qalu li sitt persuni ġew arrestati u nħarġet multa għal 27 oħra minħabba li kisru l-liġi tas-saħħa pubblika.

Min-naħa l-oħra fi New Zealand għaddew 100 jum mingħajr każ ta’ trasmissjoni lokali ta’ coronavirus. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa wissew kontra l-illaxkar hekk kif semmew li pajjiżi bħal Vjetnam u l-Awstralja li wkoll xi darba kellhom il-virus taħt kontroll, issa qed jiffaċċjaw żieda qawwija fl-infezzjonijiet. Il-ġlieda ta’ New Zealand kontra l-coronavirus tant kienet ta’ suċċess, li l-pajjiż li fih 5 miljun persuna sar fost l-iżjed pajjiżi siguri fid-dinja. B’kollox New Zealnad kellu biss 1,219-il każ tal-coronavirus, minnhom għad hemm 23 każ attiv li jinsabu f’iżolament.

Alice Banfield hi waħda mill-każi attivi ”I still haven’t left the house to go and see any of my friends since lockdown, so yeah it’s almost like lockdown has continued for me.”

Ir-residenti ta’ New Zealnad reġgħu lura għal ħajja normali imma l-awtoirtajiet jinsabu mħassba minħabba li hemm min qed jirrifjuta li jagħmel it-test u anke nies li qed jillaxkaw milli josservaw ir-regoli basiċi tal-indafa.

Aħbarijiet Oħra

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-8 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-17…

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 38 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,409 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 34 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont…

Aktar