COVID-19
Ikomplu jiżdiedu l-każijiet tal-COVID-19 – 61,000 każ ġdid fl-Istati Uniti

Ikompli tiela’ n-numru ta’ każi ta’ Coronavirus madwar id-dinja. Ilbieraħ l-Istati Uniti rrappurtaw iżjed minn 61,400 każ ġdid biex b’hekk fl-Amerka issa hemm 4.4 miljun każ attiv tal-Covid-19.

Ilbieraħ ukoll fl-Istati Uniti mietu 1,074 persuna biex b’hekk mietu iżjed minn 150,000 persuna bil-Covid-19 fl-Istati Uniti.

Intant, fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja fl-aħħar sigħat mietu 13-il persuna u l-każi attivi żdiedu b’723, li hu l-ikbar numru s’issa. Dan minkejja li f’Melbourne ġie impost lockdown ta’ sitt ġimgħat li issa mistenni li jkun estiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta’ persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f’Aberdeenshire fl-Iskozja. S’issa l-għadd ta’ fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati. Hu rrappurtat li l-ferrovija…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar