Ikomplu t-tħejjijiet għall-Presidenza tal-Kunsill Ewropew

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, responsabbli mill-Presidenza ħa sehem fit-tieni laqgħa formali tat-trio – Olanda, Slovakkja u Malta li se jmexxu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-aħħar ta’ Ġunju 2017.

F’din il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi politiċi fuq livell Ewropew u kif dawn se jaffettwaw aspetti differenti fil-preparazzjonijiet għall-Presidenza. Waqt id-diskussjonijiet ġiet enfasizzata l-importanza tar-rabta bejn il-Kunsill u l-Parlament fir-relazzjoni tagħhom bħala ż-żewġ ko-leġislaturi tal-Unjoni. F’dan ir-rigward il-ġimgħa d-dieħla Dr Borg se jkun qed imexxi delegazzjoni għall-ewwel laqgħat uffiċjali fuq il-Presidenza mal-Parlament Ewropew.

Tkomplew ukoll il-konsultazzjonijiet kif it-tliet pajjiżi se jkunu qed jikkoperaw ma’ xulxin fuq livelli politiċi u amministrattivi waqt it-18-il xahar tal-Presidenza.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar