Barranin
Iktar inkwiet għal Casillas, martu għandha tumur

Xejn mhu jiġihom tajjeb bħalissa lil Casillas u martu.  Ftit jiem wara li l-istilla internazzjonali Spanjola tal-futbol Iker Casillas kellu attakk tal-qalb, martu Sara Carbonero żvelat li għandha tumur.

Hija kitbet fuq Instagram li għandha tumur fl-ovarji u għadha kif ġiet operata.  Qalet li kollox jidher li mar sew, iżda issa jmissha tkompli tiġġieled dan it-tumur aggressiv bit-trattamenti li trid tagħmel matul il-ġimgħat li ġejjin.

Mart il-goalkeeper ta’ Porto żiedet tgħid li hi fiduċjuża li se jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid.  Stqarret li dan mhux se jkun perjodu faċli iżda bl-appoġġ tal-familja tagħha hija determinata li tegħleb din il-marda.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zippy miet eroj hekk kif irnexxielu jsalva lil familtu minn ħalq il-mewt. Il-familja Butler jgħixu f’Bradeton, fi Florida meta lejl minnhom, waqt li kienu rieqdin, tħeġġeġ in-nar fir-residenza tagħhom. Minkejja…

Barranin

Il-passiġġieri abbord titjira tad-Delta twerwru wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu qabad u niżel mad-9,000 metru ‘l isfel f’daqqa. It-titjira, li telqet minn Atalanta, esperjenzat dak li jissejjaħ…

Kurżitajiet

Kok f’ristorant fl-istat Amerikan ta’ Maine ammetta li qabel isajjar l-awwisti, ibellgħalhom il-Kannabis biex ma jsofrux wisq meta jsajjarhom. Id-deċiżjoni tal-kok waslet wara li skopra li anke l-awwisti jbatu u…

Kurżitajiet

Fir-riżerva naturali tal-Maasai Mara tfaċċat żebra rari….flok bi strixxi bojod u suwed….b’tikek bojod fuq sfond iswed.   Il-ferħ ta’ żebra skantat lil bosta bid-dehra tagħha u ngħatat l-isem ta’ Tira,…

Aktar