Ikel
Iktar ma tiekolha iktar tkun trid minnha

Għaġina moħmija b’zalza tfewwaħ tat-tadam, mozzarella b’niskata melħ u ħwawar aromatiċi. Din hija waħda mill-iktar ikliet sempliċi li magħha tista’ żżid ingredjenti kemm trid u kif tixtieq.

Il-pizza jħobbha kulħadd u hija platt li tissodisfa lil kull min jiekolha. Iżd iktar ma jkollok iktar tkun trid minnha, tant li studju riċenti jikklassifikaha bħala ikel vizzjuż.

Il-meravilja hija li tittiekel kull tip ta’ pizza u b’kull tip ta’ ingredjent, anke jekk il-pizza ma tkunx moħmija sew, imma meta tieħu pizza tħossok ħafna aħjar!

Editur ta’ rivista tal-pizza huwa tal-fehma li l-ħobż u l-ġobon it-tnejn li huma tispiċċa trid tiekol minnhom, ikollok kemm ikollok, aktar u aktar meta dawn teħodhom flimkien u żżidilhom iktar ingredjenti.

Xjenzat b’esperjenza vasta li ħadem ma’ ħafna mill-kumpaniji tal-pizza wkoll jemmen li kwalunkwe pizza tittiekel u ġġagħlek tħossok iktar bil-ġuħ u b’aptit għal iktar pizza.

Fi studju riċenti jirriżulta li t-taħlita ta’ ingredjenti fil-pizza, minkejja li huma sors kbir ta’ ikel proċessat, xaħam, karboidrati u melħ, jistimulaw iktar lill-moħħ biex jitlef il-kontroll u jkun jixtieq ikompli jiekol dat-tip ta’ ikel.

Għal ħafna, meta jaħsbu fil-pizza jfisser li jkunu se jiltaqgħu mal-ħbieb u l-familja għal xi ikla jew biex jaraw xi logħba futbol. Huwa tip ta’ ikel li mhux assoċjat mal-formalità u għalhekk f’ħafna okkażjonijiet fejn ikun hemm festin ikun hemm il-pizza!

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar