Barranin
Iktar minn 100 mejta f’għargħar fl-Indja

Iktar minn 100 persuna fl-Indja qed ikun irrappurtat li tilfu ħajjithom kawża ta’ xita qawwija li wasslet għal għargħar fl-istati ta’ Uttar Pradesh u Bihar.

L-iktar milqut jidher li huwa Uttar Pradesh,  bl-awtoritajiet jirrappurtaw 93 fatalità f’temp ta’ erbat ijiem. F’dan l-istat, mal-500 priġunier kellhom jitqassmu f’ħabsijiet oħra minħabba l-għargħar, waqt li mijiet oħra għadhom iridu jiġu trasferiti.

F’Bihar s’issa qed ikun irrappurtat li mietu 29 persuna, bil-belt prinċipali Patna tkun fost l-iktar postijiet milquta.