Barranin
Iktar minn 150 nieqsa fin-nirien ta’ Kalifornja

Aktar minn 150 ruħ huma rrapportati nieqsa f’nirien qawwija fir-reġjun tal-inbid f’Kalifornja.

Minn tal-anqas 15-il persuna huma kkonfermati mejta u aktar minn 1,500 dar inqerdu min-nar li beda mill-Ħadd.

Fost l-agħar bliet li ntlaqtu hemm Santa Rosa fin-naħa ta’ fuq San Francisco fejn distretti sħaħ spiċċaw rmied.

Disgħa mill-imwiet seħħew f’Sonoma County fejn skont l-uffiċċju tax-Sheriff, 155 persuna huma rrapportati nieqsa.