Barranin
Iktar minn 320 persuna mejta fl-għargħar tal-Indja

Aktar minn 320 persuna mietu bl-għargħar kbir li ħakem l-istat ta’ Kerala, fl-Indja. Il-ħaddiema ta’ salvataġġ qed jagħmlu li jistgħu biex isalvaw in-nies minn djarhom hekk kif aktar minn 200,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom.

Il-Gvern Indjan qal li l-maġġoranza tal-mejta mietu mgħaffġa taħt it-tifrik ikkawżat mill-għargħar.

B’aktar għargħar imbassar fil-ħin li ġej, l-ajruport ewlieni tal-Indja se jibqa’ magħluq għaż-żmien li ġej. Il-Gvern qed iqassam l-ikel lill-mijiet ta’ eluf ta’ nies li rnexxielhom jaħarbu mill-għargħar billi telgħu fl-għoli.