COVID-19
Iktar minn 60% tal-poplu Malti tlaqqam b’mod sħiħ għall-Covid

Iktar minn 60% tal-popolazzjoni adulta f’Malta issa hija mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali dalgħodu.

Fearne qal ukoll li 78% tal-popolazzjoni s’issa ħadu minn tal-anqas doża waħda tat-tilqima.

Skont l-aħħar statistika maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, sal-bieraħ kienu ngħataw b’kollox 589,507 dożi tat-tilqim.

Min għadu m’applikax biex jieħu t-tilqima huwa mħeġġeġ biex jagħmel dan fuq vaccin.gov.mt