Lokali
Iktar pazjenti Maltin biċ-ċans li jagħmlu trapjanti fl-Italja

Din il-ġimgħa ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Istituto Mediterraneo per i trapianti e terapie ad alta specilalizzazione (ISMETT).  Dan il-ftehim se jwassal biex aktar pazjenti Maltin jingħataw kura f’ċentri speċjalizzati fl-Italja.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa ntqal li matul is-snin li għaddew kien hemm erba’ Maltin li saritilhom operazzjoni għal trapjant tal-pulmun fiċ-ċentru tal-ISMETT f’Palermo. Permezz tal-ftehim iffirmat, din il-ġimgħa l-ISMETT se jkun qiegħed jassisti pazjenti Maltin f’każijiet ta’ trapjanti tal-pulmun, trapjanti tal-fwied, u trapjanti tal-kliewi.  Il-ftehim iffirmat jitratta wkoll taħriġ speċjalizzat għal professjonisti Maltin f’diversi oqsma, fosthom dak tal-implantazzjoni tal-qalb, tal-kliewi u l-frixa.

Il-ftehim min-naħa ta’ Malta ġie ffirmat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li qal li b’kollaborazzjonijiet ma’ ċentru bħall-ISMETT, il-pazjenti Maltin qegħdin jingħataw l-aqwa trattament possibbli.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma waslux għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim dwar Brexit minħabba l-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal dak li se jiġri dwar l-Irlanda; pajjiż maqsum b’biċċa parti…

Edukazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta qed tinvesti ħafna fl-edukazzjoni u għalkemm qed ikun hemm titjib b’mod kostanti, ir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għadha għolja waqt li…

Lokali

Il-kuntistabbli Simon Schembri ddeskriva lilu nnifsu bħala persuna aħjar milli kien qabel l-inċident ta’ Mejju li kien għoddu ħallih mejjet. Waqt it-tnedija tal-Blue Light Foundation li waqqaf biex jiġu mgħejjuna…

Infrastruttura

Stħarriġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà dwar l-aċċessibbiltà fil-Belt għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti wera sitwazzjoni mwiegħra, għax minn 400 stabbilment kummerċjali u binjiet pubbliċi li ġew spezzjonati, huma biss 30…

Aktar