Partit Nazzjonalista
“Ikun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjonijiet il-PN kommess li jaħdem aktar qalb in-nies” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jkun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, huwa u sħabu kommessi li jaħdmu aktar qalb in-nies li mhux igawdu mill-ġid li qed jinħoloq.

F’attività politika f’għeluq il-kampanja elettorali bis-slogan Flimkien Għal Pajjiżna quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’, Dr Delia qal li dan il-Gvern ma jirrikonoxxix l-iżbalji tiegħu. Qal li kull partit jagħmel l-iżbalji tiegħu u talab skuża lil dawk kollha li l-Partit Nazzjonalista weġġa’, nesa, warrab jew ma rċievewx rimedji wara li sofrew l-inġustizzji. Qal li l-Partit Nazzjonalista kien lest li jerġa jinbena u jsir il-partit li jisħoqqlu r-rispett.

Il-Kap Nazzjonalista qal li huwa kburi li l-partit huwa wieħed u magħqud. Qal li l-wiegħda tiegħu hija li l-partit jibqa’ jfittex li jifhem id-diffikultajiet tan-nies. Ħeġġeġ lill-pubbliku biex jersaq ‘il quddiem bil-proposti u qal li jrid Partit Nazzjonalista żagħżugħ.

Dr Delia appella lill-poplu biex fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt jagħti risposta għall-arroganza tal-Gvern biex ibiddel l-attitudni u d-direzzjoni li qabad. Huwa qal li vot għas-Soċjalisti jkun ifisser vot għal partit li jappoġġja lis-Soċjalisti Ewropej biex jintroduċu l-armonizzazzjoni tat-taxxa u d-dritt tal-abort.

Dr Delia qal li ma jridx lill-poplu jkun miegħu iżda qal li hu, il-kandidati u l-Ewroparlamentari ser ikunu mal-poplu. Qal li l-politika mhix minn fuq għal isfel, iżda minn isfel għal. Qal li għall-kuntrarju l-Partit Laburista jdur ma’ persuna waħda iżda l-politika mhix persuna waħda.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Gvern qed jibqa’ jinjora rapporti dwar Malta li saru mill-Kunsill tal-Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Moneyval, il-Greco u l-Kummissjoni Venezja bil-Prim Ministru qed isib l-iskużi biex jiġġustifika ħidmet l-istituzzjonijiet Maltin.

Dr Delia ddeskriva lill-Partit Nazzjonalista bħala l-partit tad-demokrazija u tal-Ewropa u li jiddefendi l-valuri u l-morali. Għall-kuntrarju, Dr Delia qal li l-Gvern Soċjalista qed joħloq stat bla ruħ. Ħeġġeġ lill-politiċi biex iġelldu l-ideat ħalli l-poplu jirbaħ u mhux iġelldu għajn m’għajn – sinna u sinna.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar