COVID-19
It-52 każ tal-lum s’issa mhux relatati ma’ Ħal Far – id-Deputat Prim Ministru

Dawn it-52 każ ikkonfermati llum li ħarġu fl-aħħar 24 siegħa, mhumiex relatati ma’ Ħal Far.

Dan qalu d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt konferenza stampa fid-dawl tas-sitwazzjoni fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far fejn ħarġu immigranti pożittivi u tqiegħed kulħadd taħt kwarantina manadatorja.

Madanakollu, id-Deputat Prim Minsitru qal li dan ma jfissirx li minn Ħal Far mhux se jkollna aktar każijiet.

Huwa kkonferma wkoll li l-każijiet tal-lum ġew iżolati fejn qed isir ukoll contact tracing biex jinqabdu persuni qribhom li kienu f’riskju akbar tal-mikrobu biex jitqiegħdu fi kwarantina.

B’kollox saru 825 test f’Malta u Għawdex bil-għan tal-awtoritajiet tas-saħħa li jilħqu l-1,000 test kuljum.

Id-deputat Prim Ministru jindirizza Konferenza Stampa dwar COVID-19

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 7. April 2020

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Tliet proġetti b’budget ta’ aktar minn €60,000 bejniethom minn fondi tal-Unjoni Ewropea ħallew fiż-Żejtun wirt restawrat fil-knisja, tagħmir ġdid fosthom għat-tagħlim tal-mużika f’wieħed mill-każini tal-banda, waqt li grupp ta’ żgħażagħ…

Edukazzjoni

Tul is-sena akkademika li għaddiet, l-Università ta’ Malta kellha madwar 1,500 student internazzjonali jsegwu xi kors. Bħall-istudenti kollha, din is-sena l-istudji tagħhom kienu affettwati mill-pandemija. F’dawn iċ-ċirkustanzi madwar terz mill-istudenti…

Pulizija

Pulizija li jirrapporta pulizija ieħor li jkun qed jabbuża jew jixxaħħam mhux se jibqa’ jirriskja li jittieħdu passi kontrih. Dan wara li fuq rakkomandazzjoni tal-GRECO saret bidla fil-liġi biex fi…

Aktar