Lokali
Il-baġit alloka €30 miljun għas-sigurtà

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal li s-sigurtà kienet waħda mit-tliet pilastri ewlenin li ġie msejjes fuq il-baġit ta’ din is-sena.

Dr Camilleri qal li fil-baġit ta’ din is-sena ġew allokati €30 miljun f’investiment kapitali fil-qasam tas-sigurtà, b’differenza mill-€5 miljun allokati fi żmien amministazzjoni Nazzjonalista.

Il-minsitru qal li l-ħaddiema tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili se jkollhom ilbies protettiv ġdid biex ma jibqgħux jużaw ilbies second-hand. Semma l-iżvilupp tal-istazzjonijiet preżenti tad-dipartiment u oħrajn ġodda.

Dwar il-Forzi Armati, il-Ministru qal li se jsir ċentru operativ ġdid f’Ħal Luqa. Fost l-investiment fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin semma li jinġiebu vetturi aħjar, sistemi ta’ kameras iktar robusti u li jiġu introdotti prattiċi li jintużaw f’ħabsijiet moderni.

Dr Camilleri qal li fis-sena li ġejja se jkunu qed jaħdmu fuq it-twettiq tal-istrateġija tat-trasformazzjoni tal-korp tal-pulizija, waqt li qal li se jinbidlu il-vetturi tat-taqsima tal-RIU.

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal li l-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, li qal qed jagħmel differenza pożittiva, u li wassal għal proġetti li jiswew miljuni kbar bħal housing soċjali, titjib ta’ ċentri tas-saħħa u tal-bereġ, irrid jissaħaħ. Qal li dan il-programm ġab ’l fuq minn €1,500 miljun, li permezz tagħhom ikkontribwixxew għal dawk il-fondi li illum il-Gvern qed idur fuqhom f’sitwazzjoni ta’ sfida li ġabet il-pandemija.