Budget
Il-baġit se jsir fid-19 t’Ottubru

Il-baġit 2021 se jsir bħal-lum ħmistax oħra; it-Tnejn 19 t’Ottubru.

Dan tħabbar illum waqt il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet tal-Kamra, mill-whip tal-grupp Parlamentari Laburista, Glenn Bedingfield. Huwa qal li għadu kemm iltaqa’ mal-whip tal-Oppożizzjoni fejn aġġornah bil-pjan leġiżlattiv tal-Gvern sal-aħħar tas-sena.

Is-Sur Bedingfield qal li t-Tnejn ta’ wara, 26 t’Ottubru, issir r-reazzjoni għall-baġit mill-Kap tal-Oppożizzjoni  fil-Parlament, u l-għada ssir it-tweġiba mill-Prim Ministru.