Kurżitajiet
Il-baħar kiesaħ jaf ikun it-terrapija tal-uġigħ

Raġel li kien isofri kontinwament minn uġigħ qawwi sab il-kura tiegħu billi jintefa’ jgħum f’baħar kiesaħ.

Il-każ tiegħu, li kien għadda minn operazzjoni ġie analizzat mit-tobba. Huma ssuġġerewlu għawma żgħira fil-baħar kiesaħ. Din l-għawma ħadet post il-pilloli u l-fiżjoterrapija.

Iż-żagħżugħ ta’ 28 sena qal li l-uġigħ għosfor wara li nieżel fil-baħar. Madankollu din it-terrapija ma tapplikax għal kulħadd u fiha r-riskji tagħha.

Qabel ma għamel l-operazzjoni, iż-żagħżugħ kien jittrenja t-triatlon.

Studju li sar jagħti parir biex jekk wieħed jinżel jgħum f’baħar kiesaħ jinżel bil-mod u jgħum viċin ix-xatt. Jissuġġerixxi wkoll biex wieħed jilbes l-ilbies adegwat tal-baħar, u jieħu ħwejjeġ miegħu biex wara jbiddel mill-ewwel. Jekk tkun qed itterter bil-bard jekk tħoss snienek iċċeċku dak huwa sinjal biex titla’ mill-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Josh Barry, kittieb li għandu l-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…

Kurżitajiet

Il-kantanta Amerikana Ariana Grande irnexxielha tagħmilha, l-istess bħalma kienu għamlu l-Beatles 55 sena ilu. Bħalissa qed tokkupa l-ewwel, it-tieni u t-tielet post fil-klassifika tad-diski bi tliet kanzunetti li huma ‘7…

Kurżitajiet

Huwa maħsub li xi infermiera fi sptar f’Napli ħarrbu skoss wirdien fil-ward fejn jaħdmu biex jaqilgħu transfer. Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali minn pazjenti tal-isptar Vecchio Pellegrini juri għadd…

Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Aktar