It-taqliba fl-ajru qed tinkwieta lis-sidien tad-dgħajjes

 

Minkejja li t-temp huwa sabiħ, madanakollu jidher li l-kundizzjoni tal-baħar hija differenti.  Diversi filmati li qed jidhru fis-siti soċjali juru kemm l-imbatt tal-baħar qed jiżdied tant li qed jagħti battikata lid-dgħajjes li jinsabu marbuta madwar id-diversi bajjiet.

Fosthom hemm dan il-filmat ta’ dgħajsa fil-Qajjenza li mhux talli nħallet minn mal-mazzra, iżda nġarret mal-kurrent lejn ix-xatt bil-konsegwenza li l-baħar qed iħabbatha mal-blat.

Anke Buġibba jidher li l-kundizzjoni tal-baħar ilbieraħ inbidlet tant li bosta qed iwissu lis-sidien tad-dgħajjes li hemm marbuta fil-bajjiet li donnu ġej il-maltemp u għalhekk għandhom itellgħu d-dgħajjes tagħhom l-art.