Sport
Il-Bajja s-Sabiħa tagħmel wisa’ għar-roti u l-iskateboards

Inawgurat issa skatepark fin-naħa t’isfel ta’ Malta… kienet idea taż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa stess li wasslet biex fil-Bajja s-Sabiħa ġie żviluppat skatepark.

Twettqet xewqa ta’ ħafna żgħażagħ ta’ Birżebbuġa u l-madwar bl-inawgurazzjoni ta’ skatepark fil-Bajja s-Sabiħa. B’hekk se jkunu jistgħu jipprattikaw l-isport li hu tant għal qalbhom: bir-roti u l-iskateboards. Il-proġett, li tmexxa mill-President’s Trust b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu u negozji fil-lokalità, sar b’investiment ta’ €300,000.

Il-President, Marie-Louise Coleiro Preca, qalet li l-proġett bl-isem: SPARK twieled wara li ż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa stess tkellmu mal-youth workers tal-Aġenzija Żgħażagħ dwar ix-xewqa tagħhom ta’ skatepark f’Birżebbuġa.

Minn hemmhekk bdew diskussjonijiet mal-President’s Trust, li laqqgħet għadd ta’ kuntratturi u negozji mill-inħawi, li taw fondi u pprovdew servizzi biex wettqu dan il-proġett.

Id-Direttur tal-President’s Trust, Sarah Bondin, qalet li l-iskatepark joffri ambjent sikur għaż-żgħażagħ biex jipprattikaw id-delizzju tagħhom, u flimkien mal-youth workers, ikollhom sehem aktar attiv fis-soċjetà.

Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u Aġenzija Żgħażagħ se jkunu responsabbli mill-manutenzjoni tal-iskatepark.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar