Infrastruttura
Il-bajja tal-Balluta tingħalaq temporanjament wara l-ħsara li għamel il-maltemp

Il-bajja tal-Balluta ngħalqet temporanjament sakemm isir il-monitoraġġ meħtieġ wara li l-maltemp u x-xita fl-aħħar jiem ferqet ir-ramel u dan spiċċa lura fil-baħar.

Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu kienet qed tosserva l-movimenti tal-ilma madwar il-bajja tal-Balluta biex tara kif il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-bajja jkun jista’ jibqa’ għaddej.

Intqal li dan il-progett kien wieħed esperimentali biex eventwalment jinstab l-aħjar mod kif din il-bajja tkun riġenerata fi xtajta ramlija. Intqal li l-għan tax-xogħol f’din il-bajja kien li jiġi studjat kemm huwa b’saħħtu r-ramel f’qiegħ il-baħar f’din il-bajja biex jittella’ u jintuża fuq ix-xatt.

Minħabba li l-istaġun tal-għawm għadu ma ntemmx, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se terġa’ ttella’ r-ramel fil-qasmiet li għamel l-ilma fix-xatt. Qalet li minkejja ċ-ċaqlieq tar-ramel fil-bajja għad hemm ammont sostanzjali ta’ ramel li jindika kemm dan il-proġett bi prova kien effettiv u offra post ramli għall-għawm f’din il-lokalità turistika ewlenija matul is-sajf.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tifel ta’ 10 snin ntlaqat minn karozza waqt li kien qed isuq ir-rota L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq San David, l-Imtarfa. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 32…

Parlament

Il-Kumitat Parlamentari tal-verifika ddiskuta t-trasferiment ta’ art fiż-żona ta’ San Ġorġ u Pembroke lill-kumpanija Corinthia biex jittrasformaw lukanda preżenti u jibnu oħra ġdida bħala lukanda ta’ sitt stilel u li…

Lokali

L-Ambaxxatur ta’ Malta fi Franza, Helga Mizzi, kitbet fuq Facebook li l-Maltin li hu magħruf li jinsabu fi Strasburgu ma kienux fil-periklu fil-ħin li seħħ l-attakk terroristiku f’villaġġ tal-Milied fil-belt…

Mużika

It-temp xitwi hu ideali għal mixja jew ġirja li tgħin biex il-persuna tkun fl-aħjar forma fiżika possibbli jew għall-anqas iżżomm ruħha attiva. Fl-ambjent urban, ix-xatt ta’ Tas-Sliema hu wieħed mill-aktar…

Aktar