Lokali
Il-bajjiet Maltin kważi kollha ċċertifikati bi kwalità għolja għall-għawm

Kważi l-bajjiet kollha Maltin ġew ċertifikati li s-sena li għaddiet kellhom kwalità għolja ta’ ilma.

Ir-rapport ippubblikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Malta kisbet it-tieni post fil-klassifika tal-aktar postijiet tajbin għall-għawm bi kwalità tajba tal-ilma.

Ir-rapport jagħti ħarsa lejn il-kampjuni tal-ilma miġbura s-sena l-oħra li permezz tagħhom ġiet ikkalkulata l-kwalità tal-ilma. F’Malta, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jiġbor kampjuni kull ġimgħa minn 87 sit tajjeb għall-għawm imxerrda mal-gżejjer Maltin.

Skont ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea, Malta għandna kwalità ta’ ilma baħar tajjeb f’86 minn dawn is-87 post. Fl-ewwel post tal-klassifika Ewropea hemm il-Lussemburgu b’total ta’ 12-il sit għall-għawm.