Lokali
“Il-Bambin baqa’ fil-kaxxa u għalina mhux ġej Milied” – il-koppja li 8 xhur ilu tilfet darha

Sa tmien xhur ilu, Winston u Caroline Micallef kienu għaddejjin b’ħajjithom normali sakemm nofs il-post tagħhom fi Gwardamanġa spiċċa borġ ġebel. B’xorti tajba ma ndifnux fit-terrapien iżda ħajjithom inbidlet ta’ taħt fuq. Għadhom fl-għama dwar il-ġejjieni, fosthom dwar x’se jiġri mill-kumplament tal-binja, b’aktar xorok fl-intrata tal-blokka ġġarrfu fl-aħħar jiem.

Lejlet il-Milied, Winston u Caroline Micallef jagħlqu tmien xhur barra minn darhom wara li ħabta u sabta ġġarfet parti mill-blokka t’appartamenti fejn kienu jgħixu fi Gwardamanġa.

Caroline Micallef qalet “mill-24 ta’ April, nitħabtu bl-avukati, bil-periti u għadna ma nafux eżatt fejn qegħdin u x’ħa jiġri minna.”

Mill-appartament tagħhom fadal nofsu. Il-bqija sar terrapien. Minn dakinhar ma daħlux fil-parti li għadha wieqfa u jinsabu mħassba dwar is-sigurtà tal-bini. Caroline tħossha mifxula b’rapporti differenti dwar x’għandu jsir. Qalet li l-perit tagħhom ikkonkluda li l-binja għandha titwaqqa’ u terġa’ tinbena mill-ġdid, waqt li l-periti tal-assikurazzjoni u tal-iżviluppaturi huma tal-fehma li għandha tinbena biss il-parti li waqgħet f’April.

Caroline Micallef qalet “qed jgħidu li l-binja hija safe imma sa din il-ġimgħa stess għadhom kif waqgħu x-xorok jiġifieri safe m’aħniex.”

Il-koppja Micallef spiċċat toħroġ ħafna flus għall-avukati, periti u biex xtraw il-bżonnijiet tal-ħajja li tilfu. Staqsiet għalxiex ma saritx inkjesta bħalma ġara f’każi oħra simili li seħħew wara. Stqarret li tħossha abbandunata mill-awtoritajiiet. Caroline spjegat li l-unika għajnuna li rċevew kienet mill-Awtorità tad-Djar li ħallsitilhom biex xtraw ħwejjeġ tas-sajf.

“L-iktar għajnuna li sibna kienet min-nies u minn hanwhekk nirringrazzjawhom ħafna minn qalbna għax imn’Alla kienu huma. Sa din il-ġimgħa stess kien hemm xi ħadd tana television.”

Bħalissa, il-koppja Micallef qed jgħixu f’post li provdielhom l-iżviluppatur tal-binja ta’ ħdejhom.

“M’għandi xejn kontrihom esaċċ. Nirringrazjoahom talli qed jipprovdulna fejn noqogħdu għalkemm dan aħna mhux tort tagħna jiġifieri l-bqija that’s it. Mhijiex darna. M’hemmx dak kollu li kellna hawn ux ġo darna.”

Għal Winston, it-trawma hi kbira. “Immorru għand is-psychologist biex nitkellmu magħha u nippruvaw ineħħu ftit mit-tensjoni kbira li kellna u għad għandna fuqna fil-fatt għax għadna għaddejjin biha din.”

Tal-istess fehma Caroline li qalet għadhom jgħixu f’inċertezza kbira. “Aħna m’aħna qed nitolbu xejn iktar ħlief dak li kien tagħna qabel l-24 ta’ April. Ħajjitna lura u xejn aktar.”

“Għalina mhux ġej Milied din is-sena lanqas għandna biex noħorġu bambin barra għax għadu ppakkjat ġewwa fil-kaxxi din is-sena.”

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Edukazzjoni

Nhar l-Erbgħa, it-12 ta’Awwissu, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, nediet kompetizzjoni bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza fuq l-importanza li nibżgħu għall-bajjiet u l-ambjent marittimu…

COVID-19

Ta’ kuljum qed isiru ammonti kbar ta’ testijiet għall-coronavirus. F’dan ix-xenarju, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed mill-ġdid ifakkar li dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jagħmlu t-test, jew ikun…

Aktar