Lokali
Il-Banda Beland bi programmi mużikali f’Ruma u fil-Vatikan

Matul din il-ġimgħa l-Banda Beland ser tkun qed tagħmel ir-raba’ safra fl-istorja tagħha, din id-darba ġewwa Ruma u l-Belt tal-Vatikan.

Fuq stedina tal-Ambaxxatriċi ta’ Malta f’Ruma Vanessa Frazier il-Banda se tkun qed tirrappreżenta t-talent mużikali Malti billi teżegwixxi programm taħt id-direzzjoni ta’ Mro Ray Sciberras. Il-programm se jsir fil-konservatorju prestiġjuż Conservatorio Santa Cecilia f’Ruma it-Tlieta 10 ta’ Settembru.

L-għada l-Banda ser tesegwixxi marċ ġewwa l-Vatikan segwit mill-udjenza mal-Qdusija tiegħu il-Papa Franġisku fejn ser ikollha wkoll iċ-ċans li tiltaqa’ mal-Papa, bil-koordinazzjoni tal-Ambaxxatur ta’ Malta fil-Vatikan Frank Zammit.

Dan il-proġett qed jitwettaq bl-għajnuna tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Vatikan.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar