Il-bandiera Maltija fuq il-palk ta’ Tomorrowland fil-Belġju

Il-bandiera Maltija spiċċat fuq il-palk ta’ wieħed mill-akbar festivals tal-mużika, Tomorrowland fil-Belġju.

Grupp ta’ żgħażagħ Maltin li attenda għal dan il-festival irnexxielhom jgħaddu liż-żeffien prinċipali fuq il-palk bandiera Maltija.

Huwa u jiżfen bil-bandiera Maltija f’idejh, ħafna minn dawk preżenti bdew jgħajtu “Malta, Malta.”

Għal dan il-festival tal-mużika fil-Belġju fejn idoqqu l-aqwa DJ’s fid-dinja, jattendu aktar minn 200,000 persuna.