Lokali
Il-bank Banif iniedi identità ġdida – BNF Bank

Il-bank Banif nieda l-identità l-ġdida tiegħu, bl-isem ġdid BNF Bank. Fit-tnedija tal-identità ġdida l-Kap Eżekuttiv Michael Collins qal li din tirrifletti l-aspirazzjonijiet u l-viżjoni tal-Bank f’Malta, fid-dawl tal-bejgħ tal-maġġoranza tal-ishma tal-bank li sar is-sena l-oħra.

Kważi għaxar snin mindu beda jaqdi l-klijenti Maltin u sena mindu ġie akkwistat mill-grupp Al Faisal Holding’s tal-Qatar, il-Bank Banif li qabel kien ta grupp bankarju Portugiż, mistenni jibda kapitlu ġdid f’Malta. Minbarra l-identità l-ġdid bl-isem BNF bank, iċ-Chairman tal-Bank f”Malta, Michael Frendo qal li dan juri l-impenn tal-Bank fis-suq lokali.

Michael Frendo qal li “il-Bank isaħħaħ l-infrastruttura tiegħu, importanti li biex tikber ikollok infrasturtuura li tkun iktar b’saħħitha, il-Bank diġà saħħaħ il-kapital tiegħu u qiegħed iżid il-loans li qiegħed jagħti mhux biss lis-settur individwali imma wkoll il-kumpaniji u lin-negozji f’Malta. Dan huwa imporanti ħafna għall-iżvilupp tal-ekonomija tagħna”.

Dr Frendo qal li s-sena d-dieħla il-Bank ser ikun qiegħed jintroduċi prodotti ġodda fil-portafol tiegħu.

“Bi prodotti ġodda fl-2018, l-intenzjoni tagħna hija li niżviluppaw f’setturi oħra fosthom asset managementprivate banking li lkoll humaimportanti” stqarr Dr Frendo.

Il-Kap Eżekuttiv Michael Collins qal li l-Bank huwa impenjat li jibqa’ jservi bis-servizzi bankarji lill-komunità Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Festi

Il-festi titulari fl-istaġun sajfi ġew iċċelebrati kollha. Iżda l-festi għadhom għaddejjin. Fil-fatt, fi tmiem din il-ġimgħa qed jiġu ċċelebrati ħafna festi żgħar f’kappelli li għandna f’Malta u Għawdex. Waħda minnhom…

Aktar