Ekonomija u Finanzi
Il-Bank Ċentrali jbassar li t-tkabbir ekonomiku mistenni jibqa’ b’saħħtu

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed ibassar li matul it-tliet snin li ġejjin, it-tkabbir ekonomiku mistenni jibqa’ b’saħħtu fil-livell ta’ bejn erbgħa u ħamsa fil-mija fis-sena. F’ħarsa lejn il-prospetti ekonomiċi għall-perjodu bejn l-2018 u l-2020, il-Bank Ċentrali qal li t-tkabbir fis-suq tax-xogħol mistenni jistabilizza waqt li l-finanzi pubbliċi mistennija jibqgħu f’bilanċ pożittiv.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qal li l-proġetti ġodda ta’ investiment, ir-riformi fl-enerġija u ż-żieda fil-provvista tal-ħaddiema mistennija jżommu t-tkabbir ekonomiku f’livell għoli sal-2020.

F’ħarsa lejn kif mistenni jkun l-andament tal-ekonomija Maltija fis-sentejn u nofs li ġejjin, il-Bank Ċentrali qed ibassar li din is-sena l-ekonomija f’termini reali tikber b’5.4%, tinżel għal 5% s-sena d-dieħla u għal 4.4% fl-2020.

Il-bank qal li mqabbel mat-tbassir preċedenti, it-tbassir għal din is-sena u l-2019, hu rrivedut ftit ‘l isfel minħabba riżultati iktar baxxi milli mbassar fl-ewwel kwart ta’ din is-sena. Madankollu, il-Bank Ċentrali qal li t-tkabbir se jibqa’ f’livelli għoljin sostnut mid-domanda u provvista. Intqal li d-domanda domestika xprunata minn żidiet fil-konsum u l-investiment mistennija tkun l-istimolu ewlieni li jsostni t-tkabbir.

Riżultat tat-tkabbir ekonomiku, is-suq tax-xogħol mistenni jibqa’ f’livelli għoljin u stabbli waqt li s-sena d-dieħla u ta’ wara r-rata tal-qgħad għandha tibqa’ baxxa fil-livell ta’ 4.3%.

Fil-prospetti ekonomiċi tal-Bank Ċentrali sal-2020, intqal li l-inflazzjoni annwali mistennija titla’ għal 1.9% sa sentejn oħra, immotivat l-aktar minn żidiet fil-pagi.

Il-finanzi tal-Gvern huma mistennija li jibqgħu f’bilanċ pożittiv matul it-tliet is-sentejn u nofs li ġejjin. Ir-rata tad-dejn imqabbla mal-prodott domestiku gross mistenni li jinżel għal madwar 40% sal-2020.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tliet persuni li lbieraħ waranofsinhar daħlu f’ħanut tal-fajjenza fil-Ħamrun jidher li kienu kompliċi biex jisirqu għadd ta’ oġġetti. Kienu ftit qabel is-1.30pm meta fil-ħanut daħlu mara u raġel, segwiti ftit…

Qorti

Ġuvni Malti weħel 4 snin priġunerija f’ħabs fil-Polonja wara li kien involut f’hit and run. Il-ġuvni, magħruf fil-qorti bħala Piero C, is-sena l-oħra, fl-età ta’ 17-il sena kien qed isuq…

Edukazzjoni

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu b’kollaborazzjoni mal-Malta Football Association organizzat ċelebrazzjoni fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fl-okkażjoni ta’ tmiem ir-raba’ ċiklu tal-programm ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’ Footballers’ Read and Write Programme’. F’din l-attività,…

Qorti

Kurt Grima ntbagħat 20 xahar ħabs wara li nqabad jagħti verżjonijiet differenti fil-Qrati ta’ x’ġara f’Ottubru tal-2014. Il-Qorti sabet li Grima renda ruħu riċediv wara li seraq għadd ta’ oġġetti…

Aktar