Lokali
Il-Bank HSBC ħati li daħal ifittex f’kont ta’ impjegat

Il-bank HSBC f’Malta ġie mmultat €5,000 mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni wara li nqabad li daħal ifittex f’kont personali ta’ impjegat biex jara għandux xi dħul ieħor minn impjieg ieħor.

Mark Muscat allega li l-Bank kien fittex f’kont bankarju tiegħu u anke fittex dwar il-karigi li għandu mniżżla fuq il-midja soċjali tiegħu. L-impjieg ta’ Muscat intemm fl-2018.

Il-Kummissaru għall-Protezzjoni, Saviour Cachia, sab li fl-2013 Muscat kien talab biex iwettaq xogħol fuq bażi part time iżda l-Bank kien issuspetta li dan kien qed isir bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti.

Sabiex jivverifika dan, il-Bank tefa’ l-kontijiet bankarji ta’ Muscat taħt investigazzjoni interna. Min-naħa tiegħu, Muscat ilmenta li qatt ma ġie mgħarraf li l-kontijiet bankarji tiegħu kienu qed jiġu investigati.

Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data qal li l-Bank ħa vantaġġ mill-pożizzjoni tiegħu għax bħala bank kellu aċċess għat-tranżazzjonijiet bankarji. Innota li kull min iħaddem ma jkunx f’pożizzjoni li jagħmel dan. Tenna li dan l-eżerċizzju li wettaq il-bank seħħ bi ksur ta’ liġijiet tal-protezzjoni tad-data.

Tul l-investigazzjoni, il-Kummissarju kkonferma li l-bank kien analizza żewġ kitbiet ta’ Muscat fuq il-midja soċjali. Dan ġew ippostjati online fi grupp magħluq meta Muscat kien sospiż mix-xogħol. Waħda mill-kitbiet, li kienet dwar il-Kap Eżekuttiv tal-Bank, tqieset li kienet malafamanti. Dan wassal biex il-Bank kien waqqaf azzjoni legali iżda kien irtira l-każ wara bidliet fil-liġi tal-malafama.

Il-Bank HSBC kien ressaq dawn il-kitbiet għall-attenzjoni ta’ Muscat u kien infurmat li dawn il-kitbiet jiksru l-politika tal-bank. Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni qies li l-analiżi fuq dawn il-kitbiet saret skont il-liġi.

Dwar l-ewwel allegazzjoni, il-Bank ġie ordnat iħallas multa amministrattiva ta’ €5,000. Dwar it-tieni waħda, il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni, ma sab l-ebda ksur. Madankollu qal li l-Bank għandu jeqred kwalunkwe kopja tal-kitbiet tal-midja soċjali relatati ma’ din l-investigazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar