Lokali
Il-bank HSBC Malta bi qligħ ta’ €1.8 miljun fl-ewwel nofs tal-2020

Il-bank HSBC Malta rrapporta qligħ ta’ miljun u tmin mitt elf ewro fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, tnaqqis ta’ aktar minn dsatax-il miljun ewro meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Il-bank qal li dawn ir-riżultati finanzjarji kienu riżultat tal-impatt mill-pandemija tal-COVID. Fl-istess perjodu, id-depożiti żdiedu bi tlieta fil-mija filwaqt li s-self żdied b’wieħed fil-mija.

L-istaġnar li ġabet il-pandemija tal-COVID fisser tnaqqis ta’ 91% fil-qligħ li rreġistra l-bank HSBC Malta għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Fil-preżentazzjoni tar-riżultati b’mod virtwali, il-Kap Eżeukuttiv ta’ HSBC Malta, Simon Vaughan Johnson qal li bħal kumplament tal-ekonomija, il-bank intlaqat ħażin mill-effetti tal-pandemija speċjalment b’telf ta’ kreditu aktar milli kien mistenni minħabba revalwazzjoni u tnaqqis fid-dħul.

Qal li dan wassal biex il-bank għamel qligħ qabel il-ħlas tat-taxxa ta’ miljun u tmin mitt elf ewro, tnaqqis ta’ €19,100,000.

Il-Kap Eżekuttiv qal li l-ewwel sitt xhur tas-sena kienu fost l-aktar diffiċli u ta’ sfida għall-bank. Qal li minkejja dan ix-xenarju, il-bank irnexxilu jnaqqas l-ispejjeż b’ħamsa fil-mija filwaqt li d-depożiti tal-klijenti żdiedu bi tlieta fil-mija jew €168 miljun għal total ta’ ftit aktar minn ħames biljuni sal-aħħar ta’ Ġunju filwaqt li s-self żdied bi €33 miljun jew wieħed fil-mija.

Il-bank qal li minkejja s-saħħa fil-kapital u l-likwidità, kif inhu rakkomandat mill-Bank Ċentrali Ewropew, HSBC Malta mhu se jagħti ebda dividend lill-azzjonisti sa mill-inqas Jannar li ġej.

Mistoqsi fuq il-prospetti għas-suq tal-propjetà, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta qal li qed josserva li l-prezzijiet għadhom b’saħħithom iżda qal li qed jistennew xi tnaqqis fis-sitt xhur li ġejjin. Dwar l-eventwalità li Malta tispiċċa fil-lista l-griża tal-Moneyval, is-Sur Vaughan Johnson qal li l-bank waqqaf grupp ta’ ħidma biex iħejji għal din l-eventwalità, iżda stqarr li jinsab ottimist li l-awtoritajiet regolatorji Maltin qed jaħdmu b’mod attiv biex jindirizzaw is-sitwazzjoni u jpoġġu lil Malta f’pożizzjoni aktar b’saħħitha.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar