COVID-19
Il-Bank Malti ta’ Żvilupp jiffaċilita skema ta’ self għan-negozji ż-żgħar

Bl-għan li jkun ta’ spalla għal negozji fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi tal-pandemija l-Bank Malti ta’ Żvilupp introduċa inizjattiva biex negozji żgħar li jitolbu self lill-banek ma jkollhomx bżonn jipprovdu garanziji personali fuq dan is-self. Iċ-Chairman tal-Bank Malti ta’ Żvilupp il-Professur Josef Bonnici qal ma’ Television Malta li din il-miżura se jkollha impatt qawwi fuq in-negozji biex jibqgħu joperaw mingħajr xkiel.

Il-pandemija ħaffret toqob fondi fil-bwiet tan-negozji speċjalment dawk żgħar u medji b’ħafna jkollhom jadattaw għar-realtà ġdida biex jiskansaw sensji u bilanċi negattivi. Biex jappoġġja lin-negozji fid-dawl tad-diffikultajiet li qed ikollhom tul il-pandemija, il-Bank Malti ta’ Żvilupp nieda skema sabiex negozji li jitolbu self mill-banek taħt l-iskema tal-Covid-19 ma jkollomx bżonn jipprovdu garanzja personali.

Iċ-Chairman tal-Bank il-Professur Josef Bonnici qal ma’ Television Malta li n-negozji ż-żgħar huma l-mutur tal-ekonomija Maltija u f’dan il-mument kritiku għall-ekonomija Maltija kellu jingħata inċentiv addizzjonali biex tiġi żgurata l-likwidità meħtieġa għan-negozjanti Maltin.

“Fil-każ tal-SME’S, dawn kienu qed jintalbu l-għaxra fil-mija li jibqa’ għad-90 fil-mixja u kienu qed jintalbu jagħmlu tajjeb għall-10 fil-mija li baqa’. Issa aħna se nkunu qed nagħmlu tajjeb ukoll għal dak l-10 fil-mija biex innaqsu l-piż fuq l-ażjendi u biex dak li jkun jerġa’ jirpilja.”

Din l-iskema tgħodd għal self sa €250,000 li ġew konklużi mid-29 ta’ Lulju, iżda l-banek jistgħu jemendaw ukoll kuntratti li ġew iffirmati qabel din id-data biex jirriflettu l-kundizzjonijiet ġodda. Il-Professur Bonnici qal li dan l-ammont jirrfileti l-bżonijiet tal-ażjendi u fil-fatt diġà ħarġu mitejn miljun fuq din l-iskema waqt li fadal 600 miljun ieħor allokati.

Il-Professur Bonnici qal li din l-iskema kienet approvata mill-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar tax-xahar illi għadda taħt il-Qafas Temporanju ta’ għajnuna mil-istat fil-kuntest tal-għajnuna lill-ekonomija fid-dawl tal-pandemija.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar