Il-Bank MeDirect se jagħlaq il-fergħat tal-Mosta u Raħal Ġdid

Il-Bank MeDirect, meqjus bħala t-tielet l-ikbar bank f’Malta, ħabbar li se jagħlaq żewġ fergħat tiegħu fil-Mosta u Raħal Ġdid.

Id-deċiżjoni ittieħdet wara li s-sena li għaddiet, il-Bank HSBC ħabbar li kien ser inaqqas il-fergħat tiegħu.

Il-Bank MeDirect qal li investa f’teknoloġija biex jipprovdi s-servizzi bankarja fuq pjattaforma online li qal toffri konvenjenza akbar lill-klijenti mingħajr il-ħtieġa li jmorru fil-fergħat tiegħu.

Għaldaqstant ħabbar li mill-aħħar ta’ dax-xahar, ser jgħalaq il-fergħa tiegħu fil-Mosta u f’Raħal Ġdid għalkemm ser ikollu iżomm il-fergħa tiegħu f’Tas-Sliema u oħra f’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Sport

L-MFA qed tinvestiga kif f’partita tal-F.A Trophy, it-tim tax-Xewkija Tigers, li suppost kien qed jilgħab b’għaxar plejers għaliex kellu wieħed imkeċċi, spiċċa l-partita bi ħdax-il plejer. Pietà marru fil-vantaġġ wara…

Qorti

Zeiad Mohamed Abuzoda ġie akkużat li s-Sibt ikkaġuna ħsara u hedded numru ta’ persuni f’San Pawl il-Baħar. Il-Libjan ta’ 40 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti quddiem…

Saħħa

Ċittadini Maltin li jagħtu l-kunsens biex it-tagħrif mediku tagħhom ikun aċċessibbli minn sptarijiet f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu mgħejuna b’aktar effiċjenza f’każ t’emerġenza waqt li jkunu msefrin. Malta hija fost…

Aktar