Ekonomija u Finanzi
Il-Bank of Valletta jistma li l-pandemija swietu madwar €25 miljun

Il-Bank of Valletta jistma li l-pandemija tal-COVID swietu madwar €25 miljun f’nuqqas fil-qligħ fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, li jammonta għal tnaqqis ta’ 75%.

Waqt li ħabbar ir-riżultati finanzjarji għall-ewwel nofs tas-sena, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Rick Hunkin qal li bejn Jannar u Ġunju li għadda, il-bank għamel qligħ ta’ €13.8 miljun, tnaqqis ta’ €41 miljun meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet. Irrapporta żieda fid-depożiti u s-self.

Fil-preżentazzjoni tar-riżultati finanzjarji b’mod virtwali, is-Sur Hunkin qal li l-COVID affettwat is-setturi ekonomiċi lokali kollha u l-impatt fuq il-Grupp BOV kien inevitabbli.

Il-bank irrapporta li d-dħul nett mill-imgħax, li jibqa is-sors ewlieni tad-dħul għall-bank ammonta għal €72.3 miljun, €5.3 miljun inqas mid-dħul reġistrat tul l-istess perjodu fl-2019.

Il-qligħ mill-kummissjonijiet u mill-kummerċ ammontaw għal €37.0 miljun, 19% inqas mill-ewwel sitt xhur tal-2019.

L-ispejjeż totali tal-operat fl-ewwel nofs tas-sena żdiedu bi €8.2 miljun għal kważi disgħin miljun ewro (€89.50).

Iċ-Chairperson interim tal-grupp BOV, is-Sur Alfred Lupi, qal li waqt li qed iħarsu lejn il-ġejjieni b’ottimiżmu kawt, moħħhom mistrieħ li l-likwidità u l-kapital għadhom f’livelli b’saħħithom ħafna.

Ġie spjegat li mill-bidu tas-sena finanzjarja, id-depożiti tal-klijenti żdiedu b’aktar minn €500 miljun u laħqu l-€11.1 biljun sa tmiem Ġunju 2020, waqt li s-self żdied b’€91 miljun minn Diċembru 2019 u issa jammonta għal €4.7 biljun.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Ġuvni Żvediż ta’ 19-il sena Barre Sakeriya Abdukadir weħel tlett xhur ħabs sospiżi għal sena wara li lbieraħ it-Tnejn għall-ħabta ta’ 8.30am kien tiela’ xurban fuq titjira fl-ajruport internazzjonali ta’…

Keith Schembri, li kien Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat jinsab arrestat. Mhux eskluż li miegħu qed jinżammu arrestati persuni oħra. Dan wara li lbieraħ il-Qorti Kriminali ordnat…

Aktar