Lokali
Il-barranin residenti Malta jiżdiedu bi 15% f’9 snin

Il-barranin li joqogħdu fil-gżejjer Maltin żdiedu b’madwar 15% fuq medda ta’ 9 snin.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika spjega li l-barranin residenti Malta żdiedu minn 5% li ġew irreġistrati fl-aħħar tal-2010 għal madwar 20% sa tmiem l-2019.

L-istqarrija żiedet tgħid li l-popolazzjoni ta’ Malta żdiedet b’24% mill-2010.

Iż-żieda ta’ persuni barranin fi gżiritna wasslet ukoll għal żieda ta’ ġenituri barranin fostna. Tant, li fl-2019, madwar 27% ta’ dawk li saru ġenituri kienu barranin. 10% aktar, meta mqabbel mal-2015.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fost l-oħrajn, fisser ukoll li fl-2019 f’Malta kien hawn 196,593 dar. Żieda ta’ 16% meta mqabbel mal-2015.