Xogħol
L-ostakli li jsibu r-refuġjati fid-dinja tax-xogħol jistgħu jingħelbu b’azzjonijiet kordinati

Minn rapport tal-aġenzija tan-Nazzjonijiet Maqgħuda għar-Refuġjati, l-UNHCR joħroġ li r-refuġjati f’Malta għandhom nuqqas ta’ għarfien tal-proċeduri biex japplikaw għax-xogħol minbarra bosta diffikultajiet oħra fosthom tal-lingwa, tal-kwalifiċi tagħhom mhux rikonoxxuti, u saħansitra diffikultajiet biex jiftħu kont bankarju u anke qed ibatu minn diskriminazzjoni razzjali.

F’rapport intitolat Working Toghether, l-UNHCR tagħmel diversi rakomandazzjonijiet biex ikunu megħluba dawn id-diffikultajiet. L-uffiċjal tal-aġenzija Kahin Ismail qal li x-xogħol huwa mezz biex isseħħ l-integrazzjoni u jintgħelbu l-preġudizzji razzjali.

“We also believe that access to employment, with better conditions is a bedrock for integration and for people to become self sufficient. We know that the economy in Malta is doing well so we want people to work in good condition, they are aware of their rights and the employers know what is expected of them. So it is a win win situation.”

Is-Sur Ismail qal li Malta qed tagħmel sforzi biex ir-refuġjati jkunu integrati fis-soċjetà tant li qed issir ħidma bejn diversi entitajiet fosthom l-Għaqdiet ta’ min iħaddem, l-unjins, il-jobsplus, u NGO’s li jaħdmu mar-refuġjati biex jintlaħaq dan il-għan.

Mistoqsi minn TVM jekk l-UNHCR hux qed tgħid lit-traffikar uman meta qed tagħti flus lill-eluf ta’ refuġjati fil-Libja, Kahin Ismail irribatta din l-akkuża.

“We’ve seen it in the media but it is not the way it is framed. Conditions in Libya is very difficult for all humanitarian workers. We have more than 50 thousand refugees and asylum seekers , there are many more migrants in Libya , we provide assistance in different formats , some of that could be cash assistance so that people can rent.”

Huwa sostna li l-għajnun finanzjarja lir-refuġjati tgħinhom biex ikampaw mal-bżonnijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Edwin Lopez ta’ 48 sena huwa r-raġel li tilef ħajtu f’inċident bil-mutur ilbieraħ f’Raħal Ġdid. Lopez, li huwa minn Pasig, fil-Filippini, kien jaħdem f’Malta u kien qed joqgħod il-Marsa. Huwa…

Kronaka

Raġel Għawdxi ttieħed l-isptar għall-kura wara li kien involut f’inċident fil-lift taċ-ċinema fir-Rabat Għawdex. Minn informazzjoni li għandu s’issa tvm.com.mt jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni…

Kronaka

Mara ta’ 80 sena li tgħix il-Gżira weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Gżira stess. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq San Albert għall-ħabta tad-9.20am. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

COVID-19

Għas-sitt jum infila, l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19. Irrapportaw ukoll li kien hemm persuna waħda li fieqet u b’hekk telgħu għal 661 l-ammont ta’…

Aktar