Lokali
Il-bars u l-każini se jiftħu fis-7 ta’ Ġunju

Id-deputat Prim Ministru ħabbar li fis-7 ta’ Ġunju se jkunu jistgħu jiftħu l-bars u l-każini.

Qal li mis-7 ta’ Ġunju, ir-restoranti u l-isnack bars ikunu jistgħu jżidu n-numri ta’ persuni fuq kull mejda minn 4 għal 6. Dakinhar is-swali taċ-ċinema u t-teatri jkunu jistgħu jiftħu. Dakinhar ikun jista’ jsir team sport mingħajr spettaturi, jiftħu l-ħwienet tal-logħob u l-contact sports jiġi estiż għal żgħażagħ u tfal taħt is-17-il sena. Dakinhar jiftħu wkoll is-summer schools.

Ħabbar ukoll li fl-1 ta’ Ġunju, il-Gvern qed jippjana li jiftaħ b’mod proattiv il-pajjiż għat-turiżmu b’mod kawt. Dan billi nilqgħu f’Malta nies li jkunu mlaqqma jew li jkollhom test negattiv tal-Covid qabel ma jitilgħu fuq l-ajruplan jew fuq il-vapur biex nassiguraw is-saħħa tagħna u tal-vjaġġaturi.

It-tiġijiet jistgħu jiftħu sa 100 persuna ġewwa u t-300 persuna barra.

Dakinhar jiftħu wkoll l-iskejjel tal-lingwi għal studenti barranin.

Tenna li dan kollu jiddependi mill-fatt li n-numri jiqbgħu baxxi u l-isptarijiet ikunu jistgħu jkomplu jlaħħqu mad-domanda.